Malta Public Transport

Press Release – Servizz tal-Wi-Fi b’Xejn fuq tal-linja

12/03/2018

Malta Public Transport u Transport Malta ingħaqdu sabiex ikomplu jtejbu l-esperjenza tal-klijent fuq il-karozzi tal-linja bl-introduzzjoni ta’ Wi-Fi b’xejn għall-passiġiera.

Dan is-servizz ġie mniedi nhar it-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018 ġol-Junior College fl-Imsida.

Matul il-fażi tal-proġett pilota, li ser iddum għal perijodu ta’ tliet xhur, 50 karozza tal-linja ser ikunu immedjatament qed joffru Wi-Fi b’xejn għall-passiġiera kollha.

“Dan l-investiment huwa parti mill-istrateġija tagħna sabiex inkomplu ntejbu l-esperjenza tal-klijenti tagħna” stqarr Konrad Pulé, General Manager tal-Malta Public Transport. “Iktar u iktar nies qed jużaw il-karozzi tal-linja tagħna u nixtiequ noffrulhom l-opportunità li jużaw l-internet b’xejn matul il-vjaġġ tagħhom fuq tal-linja.”

It-Tallinja Wi-Fi b’Xejn huwa disponibbli fuq mudelli differenti ta’ karozzi tal-linja għal matul l-ewwel tliet xhur, kemm fuq karozzi tal-linja ta’ 9 metri u kemm fuq dawk ta’ 12-il metru, inklużi karozzi tal-linja tal-ajruport, mferrxin fi nħawii differenti sabiex is-servizz jiġi ttestjat fuq gżiritna. Dan huwa proġett pilota u l-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jibgħat kwalunkwe kumment fuq tallinjawifi@publictransport.com.mt

Is-sistema ġiet żviluppata u nstallata minn HandsOn Systems li huma responsabbli għall-manutenzjoni u s-sapport, waqt li s-servizz tad-data hu provvdut minn Go.

L-għan huwa li wara li jintemm b’suċċess dan il-proġett pilota, il-karozzi tal-linja kollha f’Malta u Għawdex jipprovdu Wi-Fi b’xejn.

Lura għall-aħbarijiet