Malta Public Transport

MPT tippremja l-eċċellenza fis-servizz

19/12/2018

44 sewwieq ingħataw iċ-Ċertifikat Avvanzat għas-Sewqan minn Malta Public Transport wara li temmew b’suċċess programm iddisinjat apposta fl-eċċellenza fis-servizz. Il-Programm għal Sewwieqa Avvanzati jirrikonoxxi l-aħjar prattiċi fl-aspetti kollha tas-servizz tat-trasport pubbliku.

“Din hija ġurnata importanti għal Malta Public Transport hekk kif qed nonoraw is-servizz eċċellenti pprovdut mix-xufiera tagħna, li huma fuq quddiem nett tas-suċċess tagħna,” qal Konrad Pule, il-Manager Ġenerali. “il-Programm għal Sewwieqa Avvanzati juri l-livell ta’ servizz li l-kumpanija tistenna mill-ħaddiema tagħha, u aħna tassew sodisfatti li qed naraw daqstant xufiera li qed jilħqu dawn il-miri għoljin.”

Malta Public Transport tpoġġi standards ta’ kwalità għoljin għax-xufiera tal-karozzi tal-linja sabiex tiżgura li l-passiġġiera jgawdu dejjem minn servizz effiċjenti u sigur. Ix-xufiera li rċevew iċ-ċertifikat jissodisfaw il-kriterji għal servizz tajjeb, sewqan bil-għaqal, u kondotta xierqa hekk kif jitolbu r-regolamenti u proċeduri tal-kumpanija.

Mibdi fl-2016, Ċertifikat Avvanzat għas-Sewqan huwa inizzjattiva oħra ta’ Malta Public Transport sabiex tkompli togħla l-kwalità tat-trasportazzjoni f’Malta. S’issa, 93 sewwieq minn stazzjoni differenti ġew rikonoxxuti biċ-ċertifikat.

Lura għall-aħbarijiet