Malta Public Transport

L-istudenti jiffrankaw aktar flus meta jagħżlu li jivjaġġaw bil-karozza tal-linja

30/09/2016

Malta Public Transport qed toffri pass speċjali għall-istudenti fejn dawn jistgħu jivvjaġġaw għal 3 xhur b’€55 sabiex tinkoraġġixxi aktar studenti jirkbu l-karozza tal-linja għal amjent aktar nadif.

Din l-offerta, li hi valida biss għal dawk li għandhom Tallinja Student Card, tagħti l-istudenti pass ta’ tlett xhur għal fuq vjaġġi operati minn Malta Public Transport. Filwaqt li studenti diġa jibbenefikaw minn ħlas massimu ta’ €21 fix-xahar fuq it-tallinja card permezz tal-capping, din l-offerta tagħti aktar valur għal flus lill-istudenti meta jħallsu għal tlett xhur bil-quddiem.

“Nemmnu li l-istudenti tal-lum huma aktar konxji dwar l-amjent u nixtiequ ngħinnuhom jagħmlu differenza billi jagħżlu li jivjaġġaw bil-karozza tal-linja,” saħaq Daniel Grech, Commercial Director ta’ Malta Public Transport. “Napprezzaw il-kontribut tal-istudenti fis-soċjetà u nifhmu li ħafna minnhom għandhom baġit limitat. Għalhekk waqt li qed noffru sapport lill-istudenti permezz ta’ rati vantaġġjużi għall-ivjaġġar, qed inħajjruhom ukoll li jagħżlu mod aktar favur l-abmjent biex jivvjaġġaw u jnaqqsu l-konġestjoni fit-toroq tagħna.”

Malta Public Transport qed topera numru ta’ rotot minn postijiet differenti madwar Malta, sabiex ikun aktar faċli li l-istudenti jippjanaw il-vjaġġi tagħhom lejn l-Università, Junior College u MCAST u lura. Ser ikun hemm 32 karozza tal-linja kull siegħa fuq 25 rotta lejn l-Università, 61 karozza tal-linja kull siegħa fuq 30 rotta lejn Junior College u 43 karozza tal-linja kull siegħa fuq 21 rotta lejn MCAST f’Raħal Ġdid.

Lura għall-aħbarijiet