26/06/2019
Trasport speċjali għall-Imnarja
Malta Public Transport se tipprovdi servizz speċjali għall-Festival tradizzjonali tal-Imnarja fil-Buskett nhar it-28 u 29 ta’ Ġunju. Is-servizz se jopera mill-Park & Ride tal-Infetti, u jwassal il-passiġġiera direttament sal-Buskett.
Il-Ġimgħa 28, il-karozzi tal-linja jitilqu mill-P&R tal-Infetti kull 30 minuta bejn 17:00 u 00:00. Ir-rotta fid-direzzjoni opposta titlaq kull 30 minuta bejn 17:30 u 00:30.
Is-Sibt 29, il-karozzi tal-linja jitilqu mill-P&R tal-Infetti kull 30 minuta bejn 07:00 u 14:00. Ir-rotta fid-direzzjoni opposta titlaq kull 30 minuta bejn 07:30 u 14:30.
Is-servizz speċjali se jżomm ir-rati normali tat-trasport pubbliku: €0.75 għal min juża t-Tallinja Card, €2.00 għal biljetti li jinxtraw fuq il-karozza tal-linja, u vjaġġ wieħed għal min juża 12 Single Day Journeys Card. Is-servizz huwa inkluż għal dawk li jużaw Explore Card.
Lura għall-aħbarijiet