Malta Public Transport

Malta Public Transport tappoġġa kompetizzjoni ta’ żfin bil-wheelchair

16/11/2018

Malta Public Transport bi pjaċir qed toffri s-servizzi tagħha għall-Malta Open Wheelchair Dance Competition bejn Novembru 24 u 25. Il-kumpanija ser tipprovdi trasport lill-parteċipanti internazzjonali għall-post tal-kompetizzjoni fis-Sala Sportiva tal-Università ta’ Malta.

Malta Public Transport hija kburija li qed tikkollabora mal-Malta Wheelchair DanceSport biex dan l-avveniment ikun ta’ success. Il-karozzi fil-flotta tal-MPT huma ddisinjati u mgħammra sabiex jakkomodaw lill-passiġġieri bil-wheelchair.

Lura għall-aħbarijiet