27/07/2018
B’effett mill-Ħadd 29 ta' Lulju, Malta Public Transport ser iżżid ir-rotot li joffru servizz dirett bejn numru ta’ lokalitajiet popolari f'Malta. Dawn huma:
TD9 – Servizz Dirett minn Valletta għall-Buġibba via Kappara, San Ġiljan u Triq il-Kosta
- Ser topera kull siegħa minn Valletta bejn id-09:05 u 11:05 u kull nofs siegħa bejn il-11:05 u 20:05
- Ser topera kull siegħa minn Buġibba bejn id-09:05 u 11:05 u kull nofs siegħa bejn il-11:10 u 20:10
TD13 – Servizz Dirett minn Valletta għall-San Ġiljan via Kappara
- Ser topera kull siegħa minn Valletta bejn it-08:05 u 11:05 u kull nofs siegħa bejn il-11:05 u 20:05
- Ser topera kull siegħa minn San Ġiljan bejn is-07:00 u 11:00 u kull nofs siegħa bejn il-11:00 u 20:00
In-nollijiet għar-rotot tat-Tallinja Direct huma hekk: €3.00 għall-biljetti li jinxtraw fuq tal-linja, €2.50 (jew żewġ vjaġġi) meta tħallas bit-12 Journey Cards, €1.50 meta tħallas bit-Tallinja Card personalizzata u n-noll huwa inkluż meta tħallas b’waħda mill-Esplore Cards. Il-kumpanija tfakkar li s-sistema tal-capping fuq it-Tallinja Cards personalizzati ma’ tapplikax għall-vjaġġi tat-Tallinja Direct.
Għall-aktar informazzjoni u għal skeda kompluta, il-klijenti jistgħu jżuru l-Journey Planner fuq is-sit: publictransport.com.mt u fuq it-Tallinja App li tista’ titniżżel b’xejn mill-Apple AppStore u l-Google PlayStore.
Lura għall-aħbarijiet