Malta Public Transport

Malta Public Transport tippremja lill-aktar sewwieqa siguri

01/02/2019

Sittax-il impjegat tal-Malta Public Transport ingħataw il-Premju għas-Sewqan Sigur wara li ġew identifikati bħala l-aktar sewwieq professjonali sikuri b’kondotta impekkabbli fuq it-triq għal sentejn sħaħ. 

“Is-sigurtà fuq it-toroq hija waħda mill-valuri prinċipali ta’ Malta Public Transport,” spjega il-General Manager Konrad Pulé. “Dawn is-sittax-il xufiera għamlu differenza u qed jagħtu eżempju bl-attitudni tagħhom fis-sewqan. Kulħadd għandu rwol fis-sigurtà fuq it-toroq u ninkuraġġixxi lil aktar u aktar xufiera sabiex ikomplu jaħdmu ħalli nnaqqsu l-aċċidenti aktar.” 

Is-sewwieqa ppremjati huma Vincent Camilleri, John Mary Ciappara, Spiridione Curmi, Andrew Debrincat, Ahmed El Mehdy, Conrad Ellul, Tanya Farrugia, Saviour Farrugia, Joe Fenech, Brian Galea, Alfio Galea Naudi, Joseph Grech, Carmelo Meilak, Joe Mifsud, Salvatore Palladino u Jeffrey Sammut.

 Is-sigurtà fuq it-toroq hija prijorità għal Malta Public Transport u l-kumpanija tagħmel programmi ta’ taħriġ kontinwament għall-ħaddiema tagħha sabiex tkattar kultura ta’ sigurtà. Il-Premju għas-Sewqan Sigur jixhed l-istandards għolja li Malta Public Transport tpoġġi lilha nfisha filwaqt li jservi ta’ rikonoxximent għal dawk li jilħquhom. 

Għalkemm il-kumpanija żiedet in-numru ta’ xufiera professjonali u n-numru ta’ rotot li topera minn mindu ħadet l-operat f’idejha fl-2015, in-numru ta’ aċċidenti li jinvolvu l-karozzi tal-linja naqsu b’25%, meta tikkompara l-2018 mal-2015. Minn-naħa l-oħra, l-aċċidenti ikkawżati minn vetturi oħra żdiedu matul dawn l-aħħar tlett snin u l-kumpanija tħeġġeġ lil kull min juża’ t-toroq sabiex ma joħolqux ostakli u jċedu lill-karozzi tal-linja peress li dan ikun ta’ benefiċċju għal kull min ikun fit-triq.

Lura għall-aħbarijiet