Malta Public Transport

Malta Public Transport se toffri Servizzi Speċjali waqt l-avveniment ‘Gozo Alive’

18/05/2018

MPT se tkun toffri Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku biex tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-aċċessibilità għal dawk li se jattendu l-avveniment Gozo Alive li se jsir fi tmiem il-ġimgħa.

 Nhar is-Sibt 19 ta' Mejju sbieh il-Ħadd se jkun hemm vjaġġi speċjali mill-venda tal-Belt Victoria f'00:00 (is-Sibt sbieħ il-Ħadd f’nofs il-lejl) u fis-1:00am (il-Ħadd kmieni filgħodu).

 Ir-Rotot għal dan is-servizz speċjali se jkunu hekk:

 S1 Victoria – Kerċem - Santa Luċija – San Lawrenż – Għarb – Għasri – Żebbuġ

S2 Victoria – Marsalforn – Xagħra

S3 Victoria – Nadur- Qala

S4 Victoria – Xewkija – Għajnsielem - Mġarr

S5 Victoria – Sannat – Munxar – Xlendi

 In-nollijiet għal dawn il-vjaġġi se jkunu €3.00 jekk tixtri biljett minn fuq ix-xarabank, €2.50 jekk tħallas bit-Tallinja Card, u żewġ vjaġġi jekk tuża it-12 Single Day Journeys Card. Ma jkollok tħallas xejn żejjed jekk tuża l- l-Explore Card u l-Explore Plus Card.

Lura għall-aħbarijiet