Malta Public Transport

Malta Public Transport tħabbar bidliet fir-rotot t’Għawdex

07/01/2022

Malta Public Transport ħabbret tibdil temporanju fir-rotot t’Għawdex. Dan it-tibdil se japplika mill-Ħadd 09 ta’ Jannar sa ma jingħata avviż ieħor. 

Ir-rotta 301 m’hijiex se topera vjaġġi addizzjonali mill-ferry. Il-vjaġġi ser jibdew fil-05:30 mir-Rabat għall-Imġarr u jkomplu kull 45 minuta sal-23:00 mir-Rabat. Ir-rotot 308 u 309, li jgħaddu mill-Għammar u ż-Żebbuġ rispettivament, se jingħaqdu flimkien, b’kull vjaġġ jitlaq kull siegħa mill-05:00 mir-Rabat. Ir-rotot 312 għall-Għarb u 311 għad-Dwejra se jiġu magħqudin. Din ir-rotta l-ġdida se titlaq kull siegħa, mill-05:00 sal-23:02 mir-Rabat. 

Ir-rotta 310 mir-Rabat għal Marsalforn u lura se titlaq kull siegħa minflok kull 45 minuta sakemm jingħata avviż iehor, bl-ewwel vjaġġ jitlaq fil-05:30 u l-aħħar vjaġġ jitlaq fl-22:30. 

Ir-rotta 322 mill-Marsalform għall-Imġarr se tkun sospiża u se tkun sostitwita parzjalment mir-rotot 310,307, 303 u 302. Ir-rotta 330 mir-Rabat għax-Xlendi u lura se tkun temporanjament sospiża mis-servizz u se tkun sostitwita parzjalment mir-rotta 306. 

Lura għall-aħbarijiet