Malta Public Transport

Ħlas contactless fuq it-trasport pubbliku permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Malta Public Transport, Bank of Valletta, u Visa

19/05/2021

L-ivjaġġar f’Malta sar ferm aktar faċli għall-passiġġiera tal-karozza tal-linja issa li jistgħu jixtru l-biljetti tagħhom permezz tal-contactless cards maħruġa mill-bank, smart phones jew smart watches, hekk kif is-sistema tal-pagamenti contactless ġiet estiża fuq l-400 rotta ta’ Malta Public Transport. Għal ħafna bliet madwar id-dinja, il-ħlas contactless għat-trasport sar mezz essenzjali li joffri lill-passiġġiera sigurtà kemm għal waqt il-pandemija kif ukoll wara. Grazzi għall-pagamenti contactless, ir-residenti u turisti m’għandhomx iżjed għalfejn jaħsbu għall-flus kontanti jew jistennew fit-tul biex jixtru l-biljetti tagħhom.

Wara perjodu ta’ prova fuq karozzi li joperaw f’rotot ewlenin, is-servizz ta’ pagamenti contactless issa ġie introdott fuq il-flotta kollha tal-linja u hija integrata fis-sistema ta’ ħlas fuq kull vettura. Dan seta’ jkun possibbli permezz ta’ sħubija bejn Malta Public Transport, Bank of Valletta, u Visa. Is-sistema contactless toffri lill-passiġġieri mod ġdid u effixċjenti kif iħallsu għall-biljetti tagħhom u se twassal għal tnaqqis fil-ħin biex jirkbu u fi vjaġġi iktar veloċi.

Malta Public Transport issieħbet ma’ Bank of Valletta u Visa biex tiżgura tranżazzjonijiet siguri u veloċi msejsa fuq teknoloġija ta’ pagamenti robusta. Hekk kif il-pandemija kompliet tibdel il-preferenzi tal-konsumaturi lejn ħlas mingħajr flus kontanti, il-kumpanija tat-trasport pubbliku espandiet is-soluzzjonijiet tagħha għal dawk li m’għandhomx Tallinja Card.

“Il-modi ta’ pagament lil hinn mill-flus kontanti huma element importanti fl-istrateġija tagħna għal esperjenza tal-klijent aħjar,” qal Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport, waqt li spjega li s-servizzi contactless se jiffaċilitaw il-proċess biex taqbad karozza tal-linja. “Meta introduċejna it-Tallinja Card fl-2015 kienet ħaġa ġdida għal Malta u, f’qasir żmien, saret l-aktar metodu ta’ pagament popolari. Bis-sistema ġdida ta’ contactless, il-passiġġiera li jippreferu jixtru l-biljetti tagħhom wieħed, wieħed se jesperjenzaw mod aktar veloċi u effiċjenti ta’ kif iħallsu.”

“Bank of Valletta huwa kburi bl-irwol importanti f’dan il-proġett lejn id-diġitalizzazzjoni tat-trasport pubbliku,” qal Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer ta’ Bank of Valletta. “Dan huwa pass ieħor sinjifikanti lejn l-istrateġija nazzjonali għal trasformazzjoni diġitali li taqbel mad-direzzjoni li qed nieħdu aħna bħala Bank. Id-domanda għal ħlasijiet contactless qed tiżdied fl-oqsma kollha tas-servizzi hekk kif aktar konsumaturi qed jagħrfu l-konvenjenza ta’ dawn is-soluzzjonijiet ġodda.

“Il-vantaġġi ta’ din is-sistema japplikaw wkoll, mingħajr dubju, għat-trasport pubbliku fejn huwa ħafna aktar sempliċi li tħallas permezz ta’ contactless card milli bi flus kontanti. Ninsab konvint li l-passiġġiera se jilqgħu dan il-mod faċli ta’ pagamenti, speċjalment issa li ħafna persuni qed jevitaw li jużaw flus kontanti. Sew jekk b’card tal-bank inkella smart phone jew smart watch, il-biljetti tal-karozza tal-linja issa saru tassew pay-on-the-go,”

“Hekk kif l-Ewropa bdiet ħierġa mir-restrizzjonjiiet tal-pandemija, it-trasport pubbliku se jkollu sehem akbar fir-riġenerazzjoni ekonomika,” kompla David Farrugia, Country Manager ta’ Visa f’Malta. “is-sistemi ta’ trasport pubbliku huma kruċjali għal dawk li jużawhom għax-xogħol. Il-klijenti jserrħu fuq is-servizz beix jaċċessaw negozji u jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, waqt li t-turisti jużaw tal-linja biex jivvjaġġaw f’pajjiżna. Aħna kunfidenti li l-introduzzjoni tas-sistema contactless fuq ir-rotot ta’ Malta Public Transport se jagħmel il-vjaġġi aktar sempliċi u siguri kemm għar-residenti kif ukoll għat-turisti.”

Bank of Valletta p.l.c. hija regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri servizzi bankarji skont it-termini tal-Att Dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Dwar Visa Inc.

Visa Inc. (NYSE: V) hija l-kumpanija ewlenija globali għal pagamenti diġitali. Il-missjoni tagħna hija li ngħaqqdu lid-dinja permezz ta’ l-aktar network ta’ pagamenti sigur, affidabbli, u innovattiv – u ngħinu lill-individwi, negozji, u ekonomiji biex jikbru. Is-sistema ta’ proċessar avvanzata tagħna, VisaVet, tipprovdi pagamenti siguri u affidabbli madwar id-dinja u għandha l-kapaċità li tiffaċilita aktar minn 65,000 messaġġ ta’ tranżazzjoni fis-sekonda. Il-konċentrament tal-kumpanija fuq innovazzjoni kontinwu hija l-aġent għat-tkabbir bla preċedent tal-kummerċi diġitali fuq kull teknoloġija, għal kulħadd, kullimkien. Hekk kif id-dinja qed tkompli timxi lejn sistemi diġitali, Visa qed tapplika l-isem tagħha, il-prodotti, in-nies, is-sistemi, u l-firxa tagħha biex tibdel il-wiċċ tal-kummerċ mondjali. Għal aktar informazzjoni, żur About Visa, visa.com/blog u @VisaNews.

Lura għall-aħbarijiet