Malta Public Transport

Free Tallinja Wi-Fi issa fuq il-karozzi tal-linja kollha

09/11/2018

1.8 miljun passiġġier użaw il-Free Tallinja Wi-Fi fil-perjodu ta’ prova

Free Tallinja Wi-Fi issa hija disponibbli fuq il-karozzi tal-linja tar-rotot kollha wara li l-proġett pilota ta’ Malta Public Transport b'kollaborazzjoni ma’ Transport Malta li twettaq matul is-sajf kien ta’ success.

"Permezz tal-kollaborazzjoni tagħna ma’ Transport Malta, Malta Public Transport qed toffri aktar valur u iktar konvenjenza, mingħajr ħlas żejjed għall-klijenti," qal Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. "Bil-Free Tallinja Wi-Fi, il-karozzi tal-linja tagħna mhux biss iwasslu l-passiġġieri lejn id-destinazzjonijiet tagħhom, iżda wkoll iżommuhom konnessi online matul il-vjaġġ kollu tagħhom."

Mit-tnedija tal-proġett pilota, in-numru ta’ logins kompla jiżdied b’mod konsistenti b'żieda medja fix-xahar ta' 57%. Biss biss f’Lulju kien hemm iktar minn 50,000 utent uniku juża’ s-servizz, meta Tallinja Wi-Fi ġiet estiża biex tkopri 100 vettura tat-trasport pubbliku.

Aktar minn 1.8 miljun logins ġew irreġistrati matul il-perjodu ta’ prova, bir-rotot tal-ajruport X2 u X3 bl-akbar sehem ta' użu, segwiti minn rotot lejn San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa.

Aktar minn nofs il-bandwidth intużat mill-passiġġieri għall-midja soċjali, filwaqt li ftit iktar minn kwart tal-użu marru għall-web browsing. L-applikazzjoni ewlenija użata fuq il-vjaġġi bil-karozzi tal-linja hija Facebook, li kienet użata 48% tal-ħin.

Lura għall-aħbarijiet