Malta Public Transport

Trasport pubbliku b’xejn għall-Fun Run tal-President

02/11/2018

Malta Public Transport bi pjaċir qed tappoġġja l-10 edizzjoni tal-Fun Run għas-Solidarjetà tal-President, nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru. Il-kumpanija qed toffri vjaġġi mingħajr ħlas fuq ir-rotot kollha għall-parteċipanti li jkunu liebsa T-Shirts jew il-bib uffiċjali tal-attività, mis-7:00 sas-14:00.

 Malta Public Transport dejjem appoġġjat din l-inizzjattiva u, permezz ta’ din is-soluzzjoni tat-trasport faċli, tixtieq tinkoraġixxi aktar nies biex jieħdu sehem fil-Fun Run b’riżq il-Malta Community Chest Fun Foundation.

Lura għall-aħbarijiet