28/11/2019
Malta Public Transport qed toffri vjaġġi b’tal-linja b’xejn għal dawk li se jieħdu sehem fil-Fun Run għas-Solidarjetà tal-President, nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru. Parteċipanti li jkunu lebsin il-flokk uffiċjali tal-attività jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas bejn is-07:00 u s-14:00.
Sabiex tkun faċilitata l-organizzazzjoni, il-Venda tal-Belt se tkun magħluqa mill-10:00 għal madwar sagħtejn sakemm il-parteċipanti kollha jkunu waslu fid-destinazzjoni. Matul dan il-ħin, il-karozzi tal-linja jitilqu minn Triq Sant’Anna fil-Furjana.
Ir-rotta ċirkolari tal-Belt numru 133 se tkun sospiża mill-10:30 sa 12:00 waqt li rotta numru 122 mill-Belt għal Mater Dei mhux se topera bejn id-9:30 u 12:00.
Malta Public Transport hija kburija li qed tappoġġa edizzjoni oħra tal-Fun Run għas-Solidarjetà tal-President u tawgura lill-parteċipanti kull suċċess.
Lura għall-aħbarijiet