Malta Public Transport

Trasport pubbliku estiż għall-Festival Internazzjonali tal-Ikel fl-Imdina

19/07/2019

Malta Public Transport se testendi l-iskeda tar-rotta TD14 mir-Rabat bejn il-Ġimgħa 19 u l-Ħadd 21 ta’ Lulju, billi żżid tliet vjaġġi mill-22:30 għal matul il-Festival Internazzjonali tal-Ikel fl-Imdina. Il-viżitaturi jistgħu jaqbdu karozza tal-linja diretta lejn Tas-Sliema u San Ġiljan sa 00:30, li se tkun qed topera kull siegħa mid-21:30 ‘il quddiem.

TD14 titlaq mir-Rabat Interchange u tieqaf Ferries 5, Spinola, Ross, u San Ġiljan. Matul dawn il-ġranet se jkunu qed japplikaw ir-rati normali għar-rotot TD: żewġ vjaġġi għal min juża 12-Journey Card, €1.50 għal min juża Tallinja Card personalizzata, €3.00 għal biljetti mixtrija fuq il-karozza tal-linja, u bla ħlas għal min jivvjaġġa bl-Explore Cards.

Malta Public Transport hija kburija li qed tappoġġa l-ħames edizzjoni tal-festival u tixtieq kull suċċess lill-organizzaturi.    

Lura għall-aħbarijiet