Malta Public Transport

Bdil fl-iskeda tal-linja għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena

18/12/2020

Malta Public Transport tavża li nhar il-Milied, il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, u nhar l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar, ir-rotot kollha se jkunu qed joperaw fuq l-iskeda tal-Ħadd.

Is-servizz tat-trasport pubbliku se jieqaf temporanjament fiż-żewġ ġranet bejn nofsinhar u t-15:00, bl-aħħar karozzi joħorġu bejn l-10:00 u l-11:30 jiddependi mir-rotta. Is-servizz jerġa’ jkompli bejn it-15:00 u l-16:00 u jibqa’ sejjer sad-21:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn is-19:30 u d-21:00, jiddependi mir-rotta.

Ir-rotot kollha se joperaw b’mod normali matul il-perjodu tal-festi, inkluż nhar ta’ Sibt u Ħadd, iżda mit-Tnejn 21 sal-Ħamis 24 u mit-Tnejn 28 sal-Ħamis 31 ir-rotta X300 bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt u r-rotta X1A bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imsida m’humiex se jaħdmu.

F’dawn l-istess ġranet, ir-rotta 43 mill-Belt għan-Naxxar se topera skont l-iskeda tal-Ħadd u titlaq darba kull siegħa.

L-uffiċini tal-biljetti kif ukoll il-Call Centre ta’ Malta Public Transport ikunu magħluqin fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.

Lura għall-aħbarijiet