09/06/2017
Malta Public Transport tħabbar li s-Servizzi tas-Sajf jibdew fil-11 ta’ Ġunju 2017, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u servizz ta’ trasport pubbiku estiż għall-bajjiet. Klijenti li għandhom Tallinja card ser ikomplu jgawdu nollijiet orħos matul is-sena kollha, waqt li l-biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2 matul is-sajf.
Ser ikun hemm karozzi tal-linja aktar frekwenti, bi 300 vjaġġ aktar kuljum, f’dawn ir-rotot:
Rotta 41: Il-Belt Valletta – Iċ-Ċirkewwa
Rotta 42: Il-Belt Valletta – Iċ-Ċirkewwa
Rotta 212: Tas-Sliema – Buġibba
Rotta 221: Iċ-Ċirkewwa – Buġibba
Rotta 222: Tas-Sliema – Iċ-Ċirkewwa
Rotta 223: Buġibba – Għajn Tuffieħa
Rotta 225: Tas-Sliema – Għajn Tuffieħa
Rotta 31: Il-Belt Valletta – Buġibba
Rotta 310: Ir-Rabat (Victoria) – Marsalforn
Rotta 311: Ir-Rabat (Victoria) – Id-Dwejra
Rotta 322: Marsalforn – L-Imġarr (għall-vapur)
Is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun estiż għal dawn il-bajjiet popolari: L-Armier (Rotta 49), Wied iż-Żurrieq (Rotta 74), il-Ġnejna (Rotta 101) u Għar Lapsi (Rotta 109). Dawn ir-rotot kollha joperaw mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-Sajf.
Lura għall-aħbarijiet