Malta Public Transport

B’tal-linja għall-Istrina Malta Public Transport ser tagħti donazzjoni mill-bejgħ tal-biljetti lill-

01/12/2017

Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra, Malta Public Transport tħabbar li l-inizzjattiva msejjħa “B’tal-linja għall-Istrina” din is-sena ser isseħħ nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru 2017. Permezz ta’ din l-inizzjattiva, il-Kumpanija ser tkun qed tagħti donazzjoni tal-prezz sħiħ li l-passiġġiera jħallsu dakinhar għall-ewwel vjaġġ tagħhom meta jużgħu it-tallinja card tagħhom jew meta jixtru biljett mingħand ix-xufier. Dan ifisser li n-nies kollha li ser jivvjaġġaw b’tal-linja f’din il-ġurnata ser jgħinu biex jinġabru l-flus għall-karità.

“L-impjegati tagħna dejjem ingħaqdu biex jiġbru l-flus għal min hu fil-bżonn, u din is-sena bħala kumpanija se nerġgħu nħajjru lin-nies jivvjaġġaw magħna għall-Istrina,” ħabbar Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport. “L-Istrina hija okkazzjoni nazzjonali li tressaqna lkoll flimkien biex ngħinu lil dawk fil-bżonn u qiegħdin nagħtu opportunità lill-passiġġiera tagħna li jagħtu l-kontribut tagħhom meta jaqbdu tal-linja.”

Il-Malta Community Chest Fund Foundation żiedet: “nixtiequ nirringrazzjaw lil Malta Public Transport talli għal darba oħra qed jorganizzaw din l-inizzjattiva b’risq l-Istrina.”
Id-donazzjoni ser tkun ibbażata direttament fuq l-ammont li jiġi mħallas minn dawk li għandom tallinja cards u n-numru ta’ biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozzi tal-linja. Passiġġieri li jużgħu l-Adult, Student jew Gozo tallinja card iħallsu €0.75c għal kull vjaġġ, waqt li dawk li għandhom Concession jew Child tallinja card iħallsu €0.25c. Il-passiġġiera kollha jistgħu ukoll jagħżlu li jixtru biljett minn fuq il-karozza tal-linja bil-prezz ta’ €1.50c.

Lura għall-aħbarijiet