Malta Public Transport

Bdil fl-iskeda tat-trasport pubbliku għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena 2021

21/12/2021

Malta Public Transport tavża li nhar il-Milied, is-Sibt 25 ta’ Diċembru, u nhar l-Ewwel tas-Sena, is-Sibt 1 ta’ Jannar, ir-rotot kollha se jkunu qed joperaw fuq l-iskeda tal-Ħadd. 

Is-servizz tat-trasport pubbliku se jieqaf temporanjament fiż-żewġ ġranet bejn nofsinhar u t-15:00, u l-aħħar karozzi joħorġu bejn l-10:00 u l-11:30 skond ir-rotta. Is-servizz jerġa’ jkompli bejn it-15:00 u l-16:00 u jibqa’ sejjer sad-21:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn is-19:30 u d-21:00 skond ir-rotta.

Bejn it-Tnejn 27 u l-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, ir-rotot kollha ser joperaw fuq l-iskeda tas-Sibt. Ir-rotot 49, 50 u 90 se jibqgħu joperaw.

L-ħwienet u l-Call Centre ta’ Malta Public Transport ser ikunu magħluqin fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena. 

Malta Public Transport tawgura l-Milied hieni u s-sena t-tajba lill-passiġgieri u lill-pubbliku kollu.

Lura għall-aħbarijiet