Malta Public Transport

3.5 miljun konnessjoni mal-Free Tallinja WiFi f’xahar

28/01/2019

Aktar minn 130,000 klijent qabdu mal-Free Tallinja WiFi matul Diċembru, servizz bla ħlas offrut fuq il-karozzi tal-linja. Malta Public Transport bdiet dan is-servizz is-sena li għaddiet b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, u wara perjodu ta’ prova, issa Tallinja WiFi jinsab fuq il-karozzi tal-linja kollha.

F’Diċembru biss, saru aktar minn 3,500,000 konnessjoni mas-sistema, b’total ta’ 15.50 terabytes ta’ data. Mingħajr ebda sorpriża, l-aktar app użat kien Facebook – li ammonta għal 70 fil-mija tal-informazzjoni trasferita.

Id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport Daniel Grech spjega li dan kien l-ewwel xahar sħiħ li fih il-Free Tallinja WiFi kien disponibbli fuq il-flotta kollħa: “I-riżultati huma inkoraġġanti, u qed nistennew li aktar passiġġieri jkomplu jużaw dan is-servizz b’xejn matul ix-xhur li ġejjin. Din hija parti mill-istrateġija tagħna biex inkomplu ntejjbu s-servizz għall-passiġġiera.”

Lura għall-aħbarijiet