Malta Public Transport

Is-Servizz tat-Tallinja Direct

B’effett mill-Ħadd 15 ta' Lulju, Malta Public Transport se terġa' tibda topera rotot li joffru servizz dirett bejn numru ta’ lokalitajiet popolari f'Malta.

Minn nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018, ser joperaw dawn rotot diretti:

TD2 – Ser topera kull siegħa minn San Ġiljan lejn l-Ajruport bejn l-3.55am u 00.55am u minn l- Ajruport lejn San Ġiljan bejn l-4.30am u 0.30am.

TD5 – Ser topera kull siegħa minn Sliema (Ferries) lejn Għajn Tuffieħa (tgħaddi minn Triq il-Kosta) bejn l-10:30am u 1:30pm u minn Għajn Tuffieħa lejn Sliema Ferries bejn l-4:30pm u 7:30pm.

TD10 – Ser topera mill-Belt Valletta lejn Marsaxlokk kull nhar ta’ Ħadd skont id-domanda.

TD14 – Ser topera rotta ċirkolari mir-Rabat lejn Tas-Sliema (tgħaddi minn San Ġiljan) kull siegħa bejn id-9.30am u 9.30pm.

In-nollijiet għar-rotot tat-Tallinja Direct huma hekk: €3.00 għall-biljetti li jinxtraw fuq tal-linja, €2.50 (jew żewġ vjaġġi) meta tħallas bit-12 Journey Cards, €1.50 meta tħallas bit-Tallinja Card personalizzata u n-noll huwa inkluż meta tħallas b’waħda mill-Explore Cards.

Il-kumpanija tfakkar li s-sistema tal-capping fuq it-Tallinja Cards personalizzati ma’ tapplikax għall-vjaġġi tat-Tallinja Direct.

Għat-termini u kundizzjonijiet kollha tista’ żżur: www.publictransport.com.mt/mt/terms-and-conditions.