Malta Public Transport

Vjaġġar b'xejn għal min għandu minn 16-20 sena

L-Iskema ta' "Vjaġġar B’Xejn għal persuni b’età minn 16 sa 20 Sena" (l-"Iskema") hija inizjattiva mnedija mill-Gvern ta' Malta u hija waħda mill-miżuri tal-baġit tal-Gvern għall-2018.

Permezz tal-Iskema dawk il-klijenti li jagħlqu minn 16 sa 20 matul l-2018 ser igawdu minn vjaġġar b'xejn fuq is-servizz tat-trasport pubbliku offrut mill-Malta Public Transport matul l-2018

1. Dawk li jagħlqu 16 ser igawdu minn vjaġġar b'xejn fuq it-trasport pubbliku minn għeluq is-16-il sena tagħhom, għal perijodu ta' 12-il xahar

2. Dawk li diġà għalqu 16, sa għeluq id-19-il sena tagħhom ser igawdu minn vjaġġar b'xejn fuq it-trasport pubbliku għall-2018 kollu

3. Dawk li diġà għalqu 20 fl-1 ta' Jannar 2018 ser igawdu minn vjaġġar b'xejn fuq it-trasport pubbliku, sal-aħħar jum qabel jagħlqu 21

4. Kull inidividwu ma jistax igawdi minn iktar minn €312 f'rifużjonijiet ta' kreditu

5. Il-klijent mhux ser ikun iktar eleġibbli għall-Iskema la darba n-nefqa totali tal-klijent tilħaq €312, jew jagħlaq 21 fl-2018

6. It-tariffa tar-reġistrazzjoni ta' €10 imħallsa minn klijenti li fl-2018 applikaw għat-tallinja card għall-ewwel darba, tiġi rimborżata bħala kreditu fuq il-card tagħhom matul ix-xahar ta' wara.

Għal iktar informazzjoni fuq din l-offerta għafas fuq hawn.