It-tallinja card għat-tfal hi safra u hi disponibbli għal tfal li għandhom bejn l-4 u l-10 snin (it-tnejn inklużi). Tfal sa 4 snin m’għandhomx bżonn ta’ card u jistgħu jivvjaġġaw bla ħlas. It-tallinja card għat-Tfal se tkun personalizzata bl-isem tat-tifel tiegħek u tista’ żżidilha l-kreditu. Ebda ritratt mhu se jkun preżenti għat-Tfal taħt il-11-il sena.
Sat-30 ta' Settembru
Meta tuża’ t-tallinja card, it-tifel tiegħek ikun qed jibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il-magna tal-biljetti. In-noll ta’ kull vjaġġ ta’ 25 ċenteżmu jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek sa massimu ta’ 50 ċenteżmu kuljum jew €2 fil-ġimgħa (servizzi ta’ billejl esklużi).
Dan ifisser li ladarba tonfoq total ta’ 50 ċenteżmu f’ġurnata jew €2 f’ġimgħa, ma tħallasx aktar għall-vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dik il-ġurnata jew dik il-ġimgħa. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!
Mill-1 t'Ottubru 2022
Kull min ghandu Tallinja Card personalizzata, jista' jivvjagga b'xejn fuq ir-rotot ta' binhar, rotot ta' billejl u rotot specjali. Ir-rotot diretti (Tallinja Direct - TD) mhumiex b'xejn u xorta irid jithallas noll.
Irreġistra għat-tallinja card tiegħek billi tagħfas hawn.