Malta Public Transport

MPT Welcomes Slow Street Intiative

19/06/2020

MPT welcomes Slow Streets initiative


Malta Public Transport fully supports the Slow Streets initiative launched by Transport Malta and the Association of Local Councils to promote the use of sustainable means of transport in town centres. The firm backing by the government and the majority of local councils is a welcome sign of the collaboration that is required for the initiative is to be successful.


“This is a very important initiative that will leave a positive impact on people’s quality of life,” said Konrad Pulé, General Manager of Malta Public Transport. “We are confident that with adequate planning, our public transport service will be able to further compliment this initiative by offering safe and clean transportation to the community.”


While Malta experienced less polluted and quieter streets, the coronavirus pandemic demonstrated just how efficient the public transport service can be when it is given space within which to operate.


“The past months have shown that when sufficient road space is provided for public transport, the fleet is able to operate at maximum efficiency, lowering journey times by up to 15 minutes per trip during peak times,” continued Pulé. “This means that passengers can move from one place to another quicker, and that bus frequencies can be increased significantly using the same number of buses and resources.”


Malta Public Transport encourages all stakeholders to support the Slow Streets initiative for everyone’s benefit.


MPT tilqa’ l-inizjattiva Slow Streets


Malta Public Transport tappoġġa b’mod sħiħ il-proġett Slow Streets varat minn Transport Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jippromwovi l-użu ta’ mezzi ta’ trasport sostenibbli fiċ-ċentri tal-bliet u l-irħula. Is-sostenn mill-gvern u l-maġġoranza tal-kunsilli lokali jagħti sinjali importanti tal-kollaborazzjoni li hemm bżonn biex din l-inizjattiva tkun tassew ta’ suċċess.


“Din hija inizjattiva importanti ħafna u li se tħalli impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies,” qal Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport. “Aħna ninsabu ċerti li, bi pjanar tajjeb, is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun jista’ jikkumplimenta dan il-proġett biex joffri trasport nadif u sigur lill-komunità kollha.”


Minbarra t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u fl-istorbju fit-toroq tagħna, il-pandemija tal-coronavirus uriet kemm is-sistema tat-trasport pubbliku tista’ tkun effiċjenti meta tingħata l-ispazju meħtieġ għall-vjaġġi.


“Dawn l-aħħar xhur urew li jekk ikun hemm biżżejjed wisa’ għat-trasport pubbliku, il-flotta ta’ karozzi tal-linja li għandna llum tkun tista’ topera b’effiċjenza massima u tnaqqas il-ħin tal-vjaġġi b’medja ta’ ħmistax-il minuta fis-siegħat l-aktar traffikużi,” tenna Pulé. “Dan ifisser li l-passiġġiera jkunu jistgħu jaslu fid-destinazzjonijiet tagħhom aktar malajr u l-frekwenza tal-vjaġġi tkunu tista’ tiżdied b’mod sinjifikanti bil-karozzi u riżorsi li diġà għandna disponibbli.”


Malta Public Transport tħeġġeġ lill-istakeholders kollha sabiex jappoġġjaw l-inizjattiva ta’ Slow Streets għall-benefiċċju ta’ kulħadd.


19.06.2020

Back to news