Airport Direct – servizz konvenjenti minn Tallinja

Home > News > Airport Direct – servizz konvenjenti minn Tallinja

Kemm-il darba tiġrilek li meta tkun qed taħseb għal btala, tippjana kollox b’reqqa liema bħala – fejn ser toqgħod, x’ser iżżur, fejn ser tiekol u x’attivitajiet ser tagħmel – pero tasal lejliet il-ġurnata tat-tluq u tinduna li ma tkunx ħsibt kif ser tmur u tiġi mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).

Hawn tajjeb li tkun taf li Malta Public Transport toffri żewġ rotot – TD2 u TD3 – li jgħaqdu l-Ajruport ma’ diversi lokalitajiet fosthom l-Gżira, Tas-Sliema, San Ġiljan u Pembroke. Fil-fatt, ir-rotta TD2 topera kuljum mill-MIA lejn San Ġiljan u Pembroke. Dan is-servizz jopera kull siegħa bejn il-5:30am u n-00:30am tal-għada. Ir-rotta TD3 tgħaqqad lill-Ajruport mal-Gżira, Tas-Sliema u San Ġiljan. It-tluq jibda kull siegħa mis-5.40am sas-00:40am, kuljum.

Abbord wieħed isib spazju adegwat għall-bagalji sabiex ma jkollux inkwiet fejn ser ikun qed iqiegħed il-bagalji. Hemm ukoll għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri USB Charging ports u Wi-Fi b’xejn. Dan kollu jelimina l-bżonn li toqgħod taħseb għall-bookings tal-aħħar minuta jew fejn trid tipparkja l-karozza.

Wieħed jista’ juża t-tallinja card jew iħallas abbord bil-contactless jew bi flus kontanti. Dawk li għandhom l-Explore Card jistgħu jivvjaġġaw b’xejn peress li tkun parti mill-pakkett mixtri.

Għalhekk, id-darba li jmiss li se tkun qed tivvjaġġa ‘l barra minn xtutna, ikkunsidra li tuża l-Airport Direct ta’ Malta Public Transport sabiex tasal minn u lejn l-Ajruport b’mod komdu u konvenjenti. Għal aktar dettalji fosthom l-iskedi tar-rotot, wieħed jista’ jżur is-sit www.publictransport.com.mt/en/airportdirect. Il-vjaġġ it-tajjeb!

Scroll to Top
Skip to content